Il-Chem Sex Parties Ilhom Popolari F’Malta

 Il-Chem Sex Parties Ilhom Popolari F’Malta

Chem sex parties ilhom popolari. Forsi smajna iżjed bihom f’pajjiżna meta dan l-aħħar kienu deheru artikli fil-ġurnali lokali u ‘online portals’ li wrew li dawn iseħħu f’Malta wkoll u li forsi huma kawża ta’ mard sesswali infettiv, dawk li jissejjhu STD’s.

Chem sex tfisser sess abbinat mad-droga li wara kollox, id-droga hija kimika. Hija popolari ħafna mal-persuni LGBTIQ imma nkunu żbaljati jekk naħsbu li jisr minnhom biss. Anzi, irridu ngħidu li din hija prattika komuni ma’ kull ġeneru fejn persuni jiltaqghu f’post għal pjaċir sesswali bl-użu tad-droga.

Fil-programm GRAMMA fuq TVM, it-Terapista tas-Sess u Relazzjonijiet, Sesswologu u Counsellour Matthew Bartolo tenna li wieħed irid ikun konxju ta’ dak li jkun qed jagħmel, jekk jista’ jkun jevita imma jekk ikun fihom, jagħmel użu minn kontraċettivi, ikun ma’ persuni li jafda u jimmodera fl-attitudni tiegħu. Jekk wieħed jesaġera u ma jikkontrollax, kapaċi jkollu riperkussjonijiet mhux mixtieqa.

Tajjeb li ninfurmaw ruħna.

Segwi: https://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/gramma/

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com