Il-Familja Rjali Olandiża Taċċetta Żwieġ Tal-Istess Sess Bħala Suċċessjoni Għat-Tron

 Il-Familja Rjali Olandiża Taċċetta Żwieġ Tal-Istess Sess Bħala Suċċessjoni Għat-Tron

L-Olanda kien l-ewwel pajjiż fid-dinja li llegalizza żwieġ bejn koppji tal-istess sess madwar 20 sena ilu. Iżda l-familja Rjali Olandiża kellha liġijiet differenti. Il-Gvern kien qal li jekk fil-familja rjali jkun hemm żwieġ tal-istess sess, dawn riedu jgħaddu d-dritt tagħhom għat-tron lil ta’ warajhom.

Madanakollu, din il-pożizzjoni nbidlet fejn il-Prim Ministru Mark Rutte qal li l-prinċipessa Olandiża Catharina Amalia Beatrix Carmen Victoria, li għad għandha 17-il sena, tista’ tiżżewweġ lil liema ġeneru trid mingħajr biża’ li titlef id-dritt għat-tron.

Dan il-pass qed jitqies bħala pass liberali u ‘l quddiem fejn fost il-familja rjali stess, kien hemm stanzi fejn dan is-suġġett kien evitat bosta drabi iżda issa, ħadu pożizzjoni.

Fl-Olanda, il-parlament irid japprova unjonijiet fost il-familja rjali hu. Rutte qal li ż-żmien inbidel minn meta kienu diskussi dawn it-temi lura fl-2000.

Ritratt: The Washington Post

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com