Anzjan Ta’ 73 Sena Sofra Ġrieħi Serji Wara Li Waqa’ Madwar Sular Minn Fuq Sellum
Anzjan ta’ 73 sena sofra ġrieħi serji wara li waqa’ madwar sular.
Il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu, f’residenza fi Triq il-Fuxa, San Ġwann.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 73 sena residenti San Ġwann stess, waqa’ madwar sular minn fuq sellum u sofra xi ġrieħi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.