“Kull Servizz Għandu Jingħata B’Qalb Sensittiva Li Tagħder U Li Tħobb” – L-Ispeaker Anġlu Farrugia

 “Kull Servizz Għandu Jingħata B’Qalb Sensittiva Li Tagħder U Li Tħobb” – L-Ispeaker Anġlu Farrugia

Uffiċjali tal-fergħa f’Għawdex tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali ltaqgħu mal-Ispeaker Anġlu Farrugia fil-Parlament ta’ Malta.

Fid-diskors tal-okkażjoni, l-Ispeaker faħħar il-ħidma tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), intiża biex tgħin kemm lill-individwi kif ukoll lill-familja Maltija li kulħadd iqis bħala n-nukleu bażiku tas-soċjetà, minkejja d-diffikultajiet u r-realtajiet li jinbtu minn żmien għal żmien.

Hu talab  lill-uffiċjali tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) biex ikunu dejjem sensittivi għal kull realtà umana. Kull servizz għandu jingħata b’qalb sensittiva li tagħder u li tħobb u li kull azzjoni għandha tkun ispirata minn prinċipji ta’ solidarjetà soċjali u mill-imħabba lejn il-proxxmu, l-aktar mad-dgħajfa u maż-żgħar fis-soċjetà tagħna.

Is-Sur Alfred Grixti, Kap Eżekuttiv tal-FSWS u l-Mons. Joseph Vella Gauci, Direttur tal-FSWS Għawdex, tkellmu dwar il-viżjoni u l-ħidma tal-FSWS fil-futur f’Għawdex.

Ritratti: DOI

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com