Single Ġdida – ‘Ħabbejtek’ Mill-Kantanta Deborah C

 Single Ġdida – ‘Ħabbejtek’ Mill-Kantanta Deborah C

Il-kantanta Għawdxija, Deborah C. għadha kif nediet is-Single ġdida tagħha, fil-31 ta’ Ottubru 2021, fuq pjattaformi diġitali online bħal Youtube, Tidal, Spotify, Itunes u Amazon Music fost l-oħrajn.

Il-kanzunetta li ġġib l-isem ta’ ‘Ħabbejtek’ hija waħda sentimentali għall-kantanta Deborah C., li għadha kif saret omm is-sena l-oħra. Dan għaliex il-kanzunetta titratta propju l-imħabba ta’ bejn omm u uliedha. Bla ebda dubju u bir-raġun, Deborah tiddedika din il-kanzunetta b’mod speċjali lil bintha Dianna Lor.

Il-kompożitur ta’ din il-kanzunetta, Samuel Bugia, twieled f’Coruña, belt fil-Majjistral ta’ Spanja. Huwa ħadem ma’ diversi kantanti minn pajjiżi differenti, fosthom minn Malta, Ċipru, Portugall, Latvia, Litwanja, Moldova, Rumanija u ovvjament fi Spanja. Is-sit elettroniku tiegħu huwa; www.samuelbugia.com, fejn wieħed jista’ jisma’ xi kompożizzjonijiet minn tiegħu.

L-awtur ta’ ‘Ħabbejtek’ huwa Keith Zammit mill-Mosta. Keith kellu kanzunetti f’diversi edizzjonijiet tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza u klassifika fit-tieni u t-tielet post fil-kategorija taż-Żgħażagħ fl-2011. Ħa sehem ukoll fil-Malta Eurosong fis-snin 2010 u fl-2011, kif ukoll fil-Malta Summer Hit Song Contest, fejn fl-2014 kellu żewġ kanzunetti finalisti, u rnexxielu jikklassifika fit-tieni post b’kanzunetta minnhom. Keith
kellu wkoll esperjenzi f’kompetizzjonijiet barra minn xtutna, fosthom fil-UK Songwriting Contest, fejn wasal sas-semi-finali f’diversi okkażjonijiet. Fil-fatt bħalissa qiegħed jistenna bil-ħerqa ir-riżultat tal-edizzjoni tal-2021 fejn għandu kanzunetta semi-finalista, b’possibilta` li tkun fost il-Finalisti.

Tistgħu tisimgħu ‘Ħabbejtek’, mill-31 ta’ Ottubru, fuq Youtube fuq: https://youtu.be/wqAvnb28zS0 u aktar tard fuq pjattaformi diġitali oħra online.

Awguri Deborah.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com