“Ma Nistgħux Nkomplu Ma’ Ngħidu XEJN…” – Ivan Castillo Dwar Il-Problema Ta’ Skart Fil-Mellieħa

 “Ma Nistgħux Nkomplu Ma’ Ngħidu XEJN…” – Ivan Castillo Dwar Il-Problema Ta’ Skart Fil-Mellieħa

“Jiddispjaċini li għandi nibda l-Ħadd hekk, imma ma nistgħux nkomplu ma’ ngħidu XEJN…”

Hekk kiteb Ivan Castillo, kandidat tal-PN fuq il-mezzi soċjali tiegħu dwar problema ta’ skart li hemm fil-Mellieħa.

Minn ritratti li Castillo ppubblika jidhru munzelli kbar ta’ skart ta’ diversi jiem li mhux qed jinġabar. “Nisperaw li din il-post toħloq pressjoni biżżejjed għal min għandu l-privileġġ ta’ pożizzjoni jara li l-Mellieħa m’għandhiex tintesa, kif qisu ġara!”, saħaq Ivan Castillo fil-messaġġ tiegħu.

Huwa sostna li din il-problema ġiet ikkawżata minħabba kwistjoni li hemm bejn il-Wasteserv u l-Iskema tar-Riċiklaġġ li qed taffettwa l-ħlasijiet lill-kuntratturi involuti.

Ivan Castillo temm il-messaġġ tiegħu billi għamel appell lill-Ministru Aaron Farrugia sabiex isolvi din il-kwistjoni fil-Mellieħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com