Raġel Sofra Ġrieħi Gravi Kawża Ta’ Impatt Ma’ Ħajt Bil-Karozza Tiegħu F’Għawdex
Raġel ta’ 38 sena sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu u ħabat ma’ ħajt.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar, fi Triq ir-Rabat, in-Nadur.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 38 sena u residenti l-Qala, kien qiegħed issuq Volkswagen Polo, tilef il-kontroll u konsegwentement kellu impatt ma’ ħajt.
Tim mediku assista u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.