Il-Konferenza Tat-Tnedija Tal-Istudji Tal-Metro Ġew Jiswew Aktar Minn €75,000
It-tnedija tal-istudji li saru fuq il-proġett tal-metro ġew jiswew aktar minn €75,000.
Dan ħareġ wara mistoqsija Parlamentari li saret mid-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg. It-tweġiba li tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra kienet turi li l-attività li saret fit-2 ta’ Ottubru fi Pjazza Tritoni biex jiġi mniedi l-istudju li sar dwar il-proposta ta’ metro f’Malta ġiet tiswa €76,981.76.
Il-proġett tal-metro qed ikun stmat li jiġi jiswa lill-pajjiżna €6.2 biljun u jkun komplut fi żmien 20 sena.
Dan huwa proġett li għadu fi stadju bikri ta’ diskussjoni fejn diversi nies qed jagħtu l-opinjoni tagħhom, bil-Gvern għadu ma kkonfermax jekk hux ħa jkun qed jimxi għall-istadju li jmiss, jiġifieri fosthom l-istudji ġeoloġiċi.
Ritratt: Facebook / Ian Borg