“Il-Korp Tal-Pulizija Spiċċa Mifni Bid-Diskriminazzjoni U Inġustizzji” – Beppe Fenech Adami
“L-istorja fit-Times of Malta tal-lum hija konferma oħra ta’ kif il-Korp tal-Pulizija taħt Gvern Laburista spiċċa korp mifni bid-diskriminazzjoni u inġustizzji.”
Kien dan li qal il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Ċittadinanza Beppe Fenech Adami inġustizzji fi ħdan il-korp ta-Pulizija.
Fi stqarrija huwa qal li “għal darb’oħra l-Ombudsman ikkonferma illi l-proċess ta’ promozzjonijiet, transfers u deployment fi ħdan il-Korp tal-Pulizija taħt it-tmexxija ta’ Lawrence Cutajar, bil-barka tal-Gvern li ħatru, kien ‘parodija’ vvizzjata u difettuża.”
Beppe Fenech Adami saħaq li minkejja rapport tal-Ombudsman wieħed wara l-ieħor li jesponi dawn l-inġustizzji, sal-lum il-kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa, bil-barka tal-Ministru Byron Camilleri għadhom jirreżistu li jirrimedjaw dawn l-inġustizzji.
“Din ir-resistenza biex issir ġustizzja ħolqot tbatija lill-vittmi tal-istess inġustizzji, waqqgħet il-moral ta’ tant membri tal korp bil-konsegwenza li tant membri tal-Korp qed jagħżlu li jitilqu mill-Korp,” sostna il-Kelliem tal-PN.
Il-PN jesprimi solidarjetà ma Simon Galea li huwa vittma ieħor ta’ inġustizzja ta’ Gvern Laburista.
Beppe Fenech Adami temm jgħid li l-PN jikkommetti ruħu li la darba jkun fil-Gvern huwa jindirrzza u jirrimedja l-inġustizzji kollha li seħħew bil-barka tal-Gvern Laburista.