Il-PN Jgħid Li Rosianne Cutajar Għandha Tirriżenja Minn Membru Parlamentari

 Il-PN Jgħid Li Rosianne Cutajar Għandha Tirriżenja Minn Membru Parlamentari

Waqt laqgħa li saret illum wara nofsinhar, il-Kumitat dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika approva r-rapport tal-Kummissarju George Hyzler fil-konfront tad-Deputat Rosianne Cutajar. Dan dwar ħlas ta’ senserija ta’ eluf ta’ ewro f’negozju li jinvolvi lil Yorgen Fenech, ma ddikjaratx id-dħul ta’ senserija fid-dikjarazzjoni tal-assi u rċeviet rigal ta’ €9,000 mingħand Yorgen Fenech. Għalhekk id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar instabet ħatja ta’ ksur ta’ etika.

Dan ntqal miż-żewġ membri tal-PN fil-Kumitat Permanenti dwar Standards fil-Ħajja Pubblika, Karol Aquilina u Therese Comodini Cachia.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista saħaq li qiegħed jistenna li Rosianne Cutajar minnufih tirriżenja minn Membru Parlamentari u f’każ li ma tagħmilx hekk il-Prim Ministru Robert Abela għandu jara li hija titkeċċa mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista.

Il-Partit Nazzjonalista jfakkar li għad fadal tliet investigazzjonijiet għaddejjin fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar u ċioè:

  1. mit-Tax Compliance Unit tad-Dipartiment t-Taxxi Interni dwar evażjoni ta’ taxxa;
  2. mill-Pulizija ta’ Malta: dan qalitu Rosianne Cutajar stess meta hija infurmat lill-Kummissarju Hyzler li qiegħda tgħaddilu kopji tal-messaġġi skambjati bejnha u l-imprenditur sid ta’ 17 Black hekk kif mogħtija lilha mill-pulizija taħt disclosure;
  3. mill-Committee on Rules of Procedure, Immunities and Institutional Affairs tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com