Sean Meli Jaqbeż Fil-Baħar U Jsalva Tfajjel U Mara F’Diffikultà

 Sean Meli Jaqbeż Fil-Baħar U Jsalva Tfajjel U Mara F’Diffikultà

Ilbieraħ filgħaxija, Sean Melia qabeż fil-baħar imqalleb u salva tfajjel u mara li ntlemħu li kienu f’diffikultà fl-akkwati ta’ Qui si Sana. Dan ġara għal xi s-7.00pm.

Bil-każ, ġew infurmati wkoll il-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li marru fuq il-post flimkien mal-pulizija u wżaw ħabel biex jiġbdu lil Shaun u t-tfajjel lejn l-art.

Wara ttellgħet ukoll il-mara, fejn fuq TVM ġie rrapurtat li skont informazzjoni li kellhom, anke t-tabib tal-emerġenza qabeż fil-baħar biex jassisti. Il-Forzi Armati ħarġu jassistu b’dinghy u ż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.

Ritratt: TVM News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com