Imut Anthony Mulè Stagno – “Persuna Li Ħadem Minn Qalbu Fis-Settur Tal-Anzjanità Attiva”

 Imut Anthony Mulè Stagno – “Persuna Li Ħadem Minn Qalbu Fis-Settur Tal-Anzjanità Attiva”

Ilbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Anthony Mulè Stagno.

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali t-tifel tiegħu Luciano qal li huwa miet fl-Isptar Mater Dei mdawwar mal-familja tiegħu. “Huwa kien persuna b’qalb tad-deheb u li jaf jħobb lil kulħadd, persuna li ħa tħalli vojt kbir,” tenna Luciano Mulè Stagno.

Bosta kitbu messaġġi biex ifakkru lil Anthony fosthom Id-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis fejn bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja kollha.

Huwa qal li Anthony kien persuna li ħadem minn qalbu fis-settur tal-anzjanità attiva. “Grazzi tal-kontribut tiegħek fis-soċjetà Maltija,” temm jgħid Agius Decelis fil-messaġġ tiegħu fuq il-mezzi soċjali.

Anthony Mulè Stagno kien ukoll il-President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani.

Il-Funeral ħa jkun qed issir għada s-Sibt, fil-Knisja tal-Karmnu fil-Balluta, fit-8:30am.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com