Tifla Tindarab Gravi F’Inċident F’Ħal Far
Ilbieraħ għal xi l-erbgħa ta’ waranofsinhar, tifla ta’ 14-il sena kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei wara li sofriet xi ġrieħi waqt li kienet f’Ħal Far.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 29 sena minn Ħal Qormi għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq fit-trakka ta’ Ħal Far, kellu mpatt ma’ ċint u bil-konsegwenza ta’ limpatt tar xi ġebel fid-direzzjoni tat-tifla.
Hi ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.