“Il-Priġunieri Jridu Lil Alex Dalli Lura Bħala Direttur…” – Simon Mercieca

 “Il-Priġunieri Jridu Lil Alex Dalli Lura Bħala Direttur…” – Simon Mercieca

“Il-priġunieri fil-ħabs qed jagħmlu petizzjoni biex Alex Dalli jerġa’ jkun appuntat bħala d-direttur tagħhom.” Hekk qal Simon Mercieca f’artiklu fuq is-sit tiegħu dalgħodu wara li issa għaddew tliet t’ijiem minn mindu Alex Dalli ssospenda lilu nnifsu mill-kariga ta’ Direttur tal-Ħabs.

Simon Mercieca qal li l-priġunieri jridu direttur li jkun magħhom minn filgħodu sa filgħaxija. “Għalihom direttur mhux xi ħadd kemm hu ‘good’ u kemm għandu qalbu tajba. Dak ifisser li t-traffikanti tad-droga ser jerġgħu jinfiltraw u jieħdu l-ħabs f’idejhom,” saħaq Mercieca.

Huwa qal ukoll li fost il-priġunieri li jridu lil Dalli lura, hemm uħud li fil-passat għamlu kawżi kontra l-istess Dalli.

Simon Mercieca temm jgħid li “l-importanti għal media u dawk li jridu jaqilgħu lira mill-korruzzjoni huwa li jkollhom direttur ‘twajjeb’, jew ‘good’ li fil-lingwaġġ tal-ħabs tfisser li huwa ‘weak’, biex b’hekk it-traffikanti tad-droga jerġgħu jieħdu over il-ħabs u l-ħabs jerġa’ jibda jitmexxa mill-kriminali!”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com