Tifla U Sewwieq L-Isptar Wara Li Karozza Tat-Tlielaq Baqgħet Ħierġa Mit-Trakka U Ħabtet F’Ħajt

 Tifla U Sewwieq L-Isptar Wara Li Karozza Tat-Tlielaq Baqgħet Ħierġa Mit-Trakka U Ħabtet F’Ħajt

Tifla ta’ 14-il sena u sewwieq ta’ karrozza tat-tlielaq ittieħdu l-isptar wara aċċident ikrah li seħħ f’Ħal Far.

Jidher li għal ħabta tal-4:45pm waqt li kienet għaddejja tellieqa fit-trakka ta’ Ħal Far, waħda mill-karozzi ma’ nfetaħx il-paraxut tagħha biex jgħinha tnaqqas il-veloċità fit-tmiem tat-tellieqa. Dan bil-konsegwenza li x-xufier tilef il-kontroll u baqa’ ħiereġ mit-trakka u daħal f’ħajt.

Skond is-sit tvm.com.mt kawża tal-impatt tar xi ġebel u laqat tifla ta’ 14-il sena li nzertat kienet għaddejja minn hemm f’dak il-ħin.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija, tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Ritratti: TVM

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com