Raġel Iweġġa’ Wara Li Jintlaqat Minn Toyota Double Cabin

 Raġel Iweġġa’ Wara Li Jintlaqat Minn Toyota Double Cabin

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel li l-identità tiegħu għadha mhiex magħrufa, weġġa’ wara li ntlaqat minn Toyota Double Cabin, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 35 sena residenti Santa Venera.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com