Numru Ta’ Priġunieri Fil-Ħabs Tal-Kordin Jinsabu Taħt Strajk Tal-Ġuħ
Numru ta’ priġunieri mill-bieraħ filgħaxija bdew strajk tal-ġuħ. Dan kien rappurtat mis-sit talk.mt fejn żvelaw li numru ta’ priġunieri bdew strajk tal-ġuħ b’rabta mas-sospensjoni tas-sur Alex Dalli.
Qed ikun rappurtat ukoll li dan l-istrajk qed iseħħ f’żewġ diviżjonijiet partikulari fejn fost il-priġunieri hemm ukoll priġunier li ftit ġimgħat ilu kien fetaħ kawża kontra l-amministrazzjoni tal-ħabs.
Għadu mhux magħruf jekk l-aġent Direttur tal-Ħabs s’issa kellux diskussjonijiet mal-priġunieri li qed jagħmlu dan l-istrajk.