Fl-Awstrija Persuni Mhux Imlaqqma F’Lockdown

 Fl-Awstrija Persuni Mhux Imlaqqma F’Lockdown

Mil-lum it-Tnejn, persuni mhux imlaqqma fl-Awstrija jridu joqogħdu f’lockdown. Dan wara żieda qawwija tal-każijiet tal-Covid-19.

Tħabbar dan mill-Kanċillier Alexander Schallenberg fejn saħaq li dan il-pass qed jittieħed b’kawtela u li huwa pass meħtieġ.

F’dan il-lockdown, l-Awstrijaċi li mhux imlaqqma bil-vaċċin tal-Covid-19, iridu joħorġu mid-dar biss għal numru ta’ raġunijiet żgħar fosthom biex jixtru l-ikel jew biex imorru għax-xogħol.

Huwa stmat li b’kollox, ser ikun hemm madwar 2 miljun persuna li se jkunu qegħdin f’lockdown.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com