Sewwieq Ta’ Mutur Weġġa’ Gravi F’Ħabta Ma’ Karozza F’Raħal Ġdid
Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’ħabta ma’ karozza.
L-aċċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-11:00pm, fi Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Raħal Ġdid.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Peugeot Tweet, misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 30 sena residenti l-Pieta’ u Ford Focus, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 45 sena.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.