Talba Urġenti Għad-Demm O Positive

 Talba Urġenti Għad-Demm O Positive

“Illum nitolbukom biex indawru l-inċident tal-bieraħ f’opportunità biex nuru l-qalb ġeneruża tagħna l-Maltin, u li l-valuri tas-solidarjetà u l-empatija għadhom qawwija fis-soċjetà tagħna…illum ersqu biex tagħtu d-demm.”

Kien dan il-messaġġ li wasslu dalgħodu fuq il-mezzi soċjali tagħhom iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa hekk kif qed jitolbu l-għajnuna tal-poplu sabiex ilaħħqu mad-domanda tad-demm li hemm bżonn.

Fil-messaġġ ntqal kif dalgħodu l-Isptar Mater Dei talab xejn inqas minn 81 borża demm O positive, li jfisser stokk ta’ 3 ijiem f’salt. Hemm bżonn urġenti wkoll demm tat-tip O negative.

Nagħmlu appell sabiex dawk li jistgħu jmorru jagħtu d-demm jagħmlu dan illum jew fil-ġranet li ġejjien fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa.

Noti importanti!

  • dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan inkella passaport Malti.
  • dawk li għamlu s-swab test, sew jekk ta’ rutina, sew jekk minħabba safar, huma mitluba biex jistennew sal-waqt li joħroġ riżultat COVID-19 Negative.
  • bħala linja gwida ġenerali, min jieħu t-tilqima booster tal-COVID-19 jew it-tilqima tal-influenza staġjonali għandu jħalli 7 ijiem qabel jersaq biex jagħti d-demm. F’każ li fl-ewwel 48 siegħa wara t-tilqima wieħed ma jkollux deni jew sintomi t’mard, dan jista’ jitħalla jagħti qabel skont id-diskrezzjoni tat-tobba tas-Servizz.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com