Żagħżugħ Weġġa’ Gravi Wara Li Waqa’ Bir-Rota U Ħabat F’Siġra Fir-Rabat
Taljan ta’ 25 sena residenti l-Gżira, għal xi l-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ fi Triq is-Saqqajja, ir-Rabat.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma kien qiegħed isuq rota, tilef il-kontroll, waqa’ u ħabat f’siġra.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.