Roberta Metsola Uffiċjalment Hija Nominata Għall-President Tal-Parlament Ewropew

 Roberta Metsola Uffiċjalment Hija Nominata Għall-President Tal-Parlament Ewropew

Roberta Metsola uffiċjalment issa hija nominata għall-President tal-Parlament Ewropew.

Dalgħodu ngħalqu n-nominazzjonijiet, fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew (EPP) fejn kienu tliet membri li xeħtu isimhom għal din il-kariga.

Iż-żewġ nominati l-oħra huma l-MPE Olandiża Esther De Lange u l-MPE Awstrijak Othmar Karas.

Issa jmiss il-vot fi ħdan il-Partit Popolari Ewropew li se jittieħed nhar l-Erbgħa li ġej sabiex ikun magħżul il-kandidat uffiċjali tal-EPP għall-kariga ta’ President tal-Parlament Ewropew.

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha Roberta Metsola qalet li tinsab onorata li hija nominata sabiex tkun kandidata tal-EPP għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew.

Metsola sostniet li t-tieni parti ta’ din il-leġislatura hija kruċjali għall-futur tal-Parlament Ewropew u l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. “Jiena lesta li nkun parti minn dan il-proċess,” temmet tgħid Roberta Metsola.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com