Mara Tweġġa’ Gravi F’Ħabta F’Birżebbuġa – Magħha Kellha Tifel Ta’ 3 Snin Li Ma Sofra L-Ebda Ġrieħi

 Mara Tweġġa’ Gravi F’Ħabta F’Birżebbuġa – Magħha Kellha Tifel Ta’ 3 Snin Li Ma Sofra L-Ebda Ġrieħi

Mara ta’ 61 sena weġġgħet gravi f’aċċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5:30pm, fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn żewġ karozzi, t-tnejn tal-għamla Toyota Vitz, waħda misjuqa minn mara ta’ 61 sena residenti l-Ħamrun u oħra misjuqa minn raġel ta’ 61 sena, residenti Birżebbuġa. Fil-karozza, mal-mara, kien hemm ukoll tifel ta’ 3 snin.

Iż-żewġ sewwieqa ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi filwaqt li r-raġel kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief. It-tifel ta’ 3 snin ittieħed l-isptar sabiex jiġi żgurat li ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com