“Il-Vaċċin Ipproteġina Matul Is-Sajf U L-Ħarifa…Il-Booster Se Jipproteġina Matul Ix-Xitwa” – Id-DPM Chris Fearne

 “Il-Vaċċin Ipproteġina Matul Is-Sajf U L-Ħarifa…Il-Booster Se Jipproteġina Matul Ix-Xitwa” – Id-DPM Chris Fearne

Illum kien imiss lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li flimkien mal-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għas-Saħħa Stephen Spiteri ħadu l-booster dose kontra l-Covid-19.

“Il-vaċċin ipproteġina matul is-Sajf u l-Ħarifa. Il-booster se jipproteġina matul ix-Xitwa,” hekk kiteb il-Ministru Fearne f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu b’ritratt ma’ Spiteri.

“Meta jasal l-appuntament tiegħek, ħu il-booster kontra l-Covid-19 int ukoll!” saħaq Chris Fearne.

Huwa rringrazzja lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li ħadmu u għadhom qed jaħdmu biex flimkien nikkumbattu din il-pandemija.

Fuq il-mezzi soċjali tiegħu Stephen Spiteri wkoll kiteb kemm huwa importanti li naċċettaw dan l-invit ta’ tilqim.

Spiteri sostna li b’hekk biss nistgħu nassiguraw immunita b’saħħitha ġewwa l-komunità ta’ pajjiżna.

“Noffru lkoll is-sehem tagħna għal kontroll ta’ din pandemija,” temm jgħid Stephen Spiteri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com