Raġel Iweġġa’ Gravi Wara Li Purtiera Ħadet In-Nar F’Residenza F’Raħal Il-Ġdid

 Raġel Iweġġa’ Gravi Wara Li Purtiera Ħadet In-Nar F’Residenza F’Raħal Il-Ġdid

Raġel ta’ 42 sena weġġa’ gravi wara li purtiera ħadet in-nar fir-residenza fejn kien.

Il-każ seħħ aktar kmieni illum, għall-ħabta tal-10:00am, f’residenza fi Triq tal-Borg, Raħal il-Ġdid.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li purtiera kienet ħadet in-nar. Raġel ta’ 42 sena, residenti Bormla, li kien fid-dar sofra minn ġrieħi kkawżati min-nirien, filwaqt li żewġ nisa, waħda ta’ 39 sena u anzjana ta’ 75 sena, li wkoll kienu fir-residenza, ma sofrewx ġrieħi.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com