San Pawl Il-Baħar L-Aktar Milqut Mill-Maltempata Tal-Bieraħ
Il-Maltempata tal-bieraħ kienet meqjusa bħala waħda mill-agħar f’dawn l-aħħar snin, b’aktar postijiet milquta jkunu dawk tat-tramuntana u ċ-ċentru ta’ Malta.
Il-medja ta’ xita li niżlet ilbieraħ fuq il-gżejjer Maltin kienet ta’ 75.4mm.
Ara t-total ta’ xita mkejla mill-maltempata bir-ragħad intensa u severa li ħakmet lill-gżejjer Maltin matul l-għodwa tal-bieraħ:
San Pawl il-Baħar: 138.0mm
Ħal Lija: 110.8mm
Il-Mellieħa: 107.7mm
Il-Mosta: 107.6mm
L-Imġarr: 105.9mm
Ir-Rabat: 80.4mm
Birkirkara: 79.6mm
Ħal Balzan: 79.2mm
In-Nadur: 78.0mm
L-Imsida: 77.4mm
Ħad-Dingli: 74.8mm
Ħal Luqa: 73.1mm
Il-Qrendi: 70.5mm
Ix-Xewkija: 62.2mm
Ix-Xagħra: 60.6mm
L-Għarb: 60.1mm
Ħaż-Żebbuġ: 60.0mm
Iż-Żurrieq: 53.8mm
Ħal Tarxien: 51.0mm
Iż-Żejtun: 47.5mm
Il-Belt Valletta: 47.4mm
Birżebbuġa: 34.2mm