Fl-Ingilterra L-Maskri Jridu Jerġgħu Jibdew Jintlibsu Fost Miżuri Oħra
Fl-Ingilterra l-maskri jerġgħu jkunu mandatorji fil-ħwienet, trasport pubbliku u postijiet fuq ġewwa oħra. L-Awtorità tas-Saħħa Ingliża qalet ukoll sabiex jiġu evitati attivitajiet soċjali bla bżonn.
Fl-Ingilterra daħlet fis-seħħ ukoll il-miżura li biex tidħol fil-pajjiż trid tagħmel PCR test li jirrizulta negattiv sa 48 siegħa qabel.
Dan bi prekawzjoni għal varjant il-ġdid Omicron li l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ddikjarat li huwa wieħed ta’ riskju għoli ħafna.
Bosta pajjiżi bdew iżidu wkoll diversi miżuri simili fosthom anke curfews f’uħud mill-ibliet.
Diversi pajjiżi Ewropej issa ħabbru li l-varjant il-ġdid Omicron instab fuq persuni li ġew pożittivi għall-Covid-19. Dawn jinkludu l-Ingilterra, id-Danimarka, l-Olanda, il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Italja, il-Portugal, Spanja u l-Belġju.
Ritratt: The Mirror