“Il-PN L-Aħħar Li Jista’ Jitkellem Dwar Il-Kundizzjonijiet Tal-Pulizija” – Il-PL
“Il-Partit Nazzjonalista l-aħħar li jista’ jitkellem dwar il-kundizzjonijiet tal-Pulizija.” Hekk saħaq il-Partit Laburista fi stqarrija b’reazzjoni għal dak li qal il-PN aktar kmieni dalgħodu rigward il-kundizzjonijiet tal-Pulizija.
“Il-PN ma jistħix isemmi l-over time tal-Pulizija meta kien Gvern Nazzjonalista li ma ħallasx lill-Pulizija għall-over time li ħadmu u tħallas minn dan il-Gvern,” sostna l-PL, filwaqt li tenna li llum il-Korp tal-Pulizija qed jipprovdi opportunitajiet ġodda lil dawk li jissieħbu fih u servizz aħjar liċ-ċittadini.
“Gvern Laburista ta ftehim kollettiv ġdid lill-Pulizija u llum l-overtime u l-extra duty li jagħmlu jitħallsu għalih b’rati aħjar.”
Il-PL temm jgħid li l-istqarrija ta’ Fenech Adami hija stqarrija ta’ partit politikament opportunist li ma waqafx jattakka lill-membri diversi tal-forzi tal-ordni. “Fuq kollox hi stqarrija ta’ kelliem mhux kredibbli u dan l-ħaddiema tal-istess forzi tal-ordni jafuh.”