Bil-Filmat: L-Ewwel Airbus Li Qatt Niżel Fl-Antartika Huwa Rreġistrat F’Malta

 Bil-Filmat: L-Ewwel Airbus Li Qatt Niżel Fl-Antartika Huwa Rreġistrat F’Malta

Fl-aħħar jiem fl-Antartika niżel għall-ewwel darba l-ewwel airbus tat-tip A340.

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg, f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu kkonferma li dan l-airbus, kif jixhed ir-ritratt huwa rreġistrat mar-reġistru Malti 9H u huwa tal-linja tal-ajru Hi Fly.

Din it-titjira storika kienet miġbuda b’filmati matul il-vjaġġ, fejn f’temp ta’ ġimgħa raw dan il-filmat fuq youtube ‘il fuq minn miljun persuna.

Il-Ministru Borg irringrazzja lill-ħaddiema tal-Avjazzjoni Ċvili fi ħdan Transport Malta tax-xogħol li qed jagħmlu sabiex din l-industrija f’pajjiżna tkompli timxu ‘l quddiem

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com