Sejħa Biex Eks Impjegati Tal-Malta Drydocks Jirċievu Kumpens Minħabba Li Sofrew Mill-Kundizzjoni Tal-Asbestosis

 Sejħa Biex Eks Impjegati Tal-Malta Drydocks Jirċievu Kumpens Minħabba Li Sofrew Mill-Kundizzjoni Tal-Asbestosis

Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol qed jilqa’ applikazzjonijiet għal kumpens mingħand dawk l-eks impjegati tal-Malta Drydocks li minħabba x-xogħol li ġew assenjati jagħmlu fil-passat sofrew jew ġew nieqsa kawża tal-asbestosis. Din hija sejħa għal pagament ta’ darba ta’ kumpens nonpekunjarju bil-għan li jkun hemm negozjar ta’ dan l-istess kumpens barra mill-Qorti.

Meta wieħed japplika, huwa mitlub biex mal-applikazzjoni jissottometti fost oħrajn ċertifikat uffiċjali tal-mard li jindika t-tip ta’ kundizzjoni.

Fi stqarrija mill-Ministeru għall-Finanzi ntqal ukoll kif f’każ li l-eks impjegat ikun miet, dawn id-dokumenti għandhom jiġu sottometti minn qrabatu. Hawnhekk irid ikun sottomess ukoll iċ-ċertifikat tal-mewt.

Dawk l-eks impjegati li diġà ngħataw kumpens mill-gvern mhumiex intitolati biex jerġgħu japplikaw.

L-applikazzjoni tista’ titniżżel minn fuq is-sit elettroniku https://finanzi.gov.mt/asbestosis/ jew tinġabar personalment mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.

Id-dokumenti jistgħu jaslu personalment il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol jew jintbagħtu bil-posta.

L-applikazzjonijiet jagħlqu nhar it-Tnejn 28 ta’ Frar, 2022. Wara din id-data mhux se jiġu aċċettati aktar applikazzjonijiet għal kumpens.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com