Il-Gżira Ta’ Barbados Tieħu T-Tmexxija F’idha U Ssir Repubblika Wara Snin Twal Taħt L-Ingliżi

 Il-Gżira Ta’ Barbados Tieħu T-Tmexxija F’idha U Ssir Repubblika Wara Snin Twal Taħt L-Ingliżi

Ir-Reġina Eliżabetta II m’għadhiex il-kap tal-istat tal-gżira Barbados wara li din uffiċjalment iddikjarat lilha nnifisha repubblika u ħatret lil Sandra Mason bħala President.

F’ċerimonja li saret fil-belt kapitali ta’ Bridgetown, li għaliha kien preżenti l-Prinċep Charles ingħatat tislima lill-Monarkija tar-Renju Unit, u l-bandiera rjali tniżżlet u minflokha ttellgħet dik tal-Barbados.

Waqt iċ-ċerimonja, Mia Mottley, li nħatret bħala l-Prim Ministru tal-pajjiż, iddikjarat li l-kantanta minn Barbados, Rihanna, se tingħata t-titlu ta’ eroj nazzjonali mill-President Mason.

Il-kantanta, li hi minn Barbados, ingħatat dan it-titlu, wara li fl-2018 ingħatat it-titlu ta’ ambaxxatriċi għal dan il-pajjiż.

Il-ġżira ta’ Barbados tinsab fil-Karibew u għandha popolazzjoni ta’ madwar 287,000 persuna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com