Rejd B’Aktar Minn 100 Pulizija Jkisser Ċirku Ta’ Traffikar Ta’ Droga Kbir Bejn Malta U Sqallija
F’Katanja, il-Pulizija Taljana arrestaw 16-il persuna b’rabta ma’ ċirku kbir ta’ traffikar tad-droga bejn Malta u Sqallija.
Waqt dan ir-rejd kbir li sar kmieni dalgħodu ġew ikkonfiskati mal-423 kilogramma droga.
F’din l-operazzjoni mill-Pulizija Taljana bl-isem ta’ ‘Operation La Valletta’ ħadu sehem aktar minn 100 uffiċjal tal-pulizija fi ħdan il-Guardia di Finanza u għadd ta’ dipartiment oħrajn involuti fil-ġlieda kontra traffikar tad-droga.
Huwa konfermat li saru arresti f’Katanja, f’Ragusa, f’Siracusa u f’Calabria. Rapporti qed jindikaw li saru xi arresti f’Malta wkoll.
Skond il-midja Taljana qalu fost is-16-il persuna arrestati hemm Taljani, Albaniżi u Maltin.
Dan l-arrest sar wara li nħareġ mandat ta’ arrest mill-awtoritajiet ġudizzjarji fi Sqallija.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.