Erba’ Persuni Li Ħeġġew Raġel Jaqbeż Mis-Sur Tal-Belt Ser Jitressqu L-Qorti

 Erba’ Persuni Li Ħeġġew Raġel Jaqbeż Mis-Sur Tal-Belt Ser Jitressqu L-Qorti

Il-Pulizija mistennija tressaq erba’ persuni l-Qorti b’rabta mal-każ ta’ ftit ġimgħat ilu meta raġel kien qed jipprova jikkommetti suwiċidju minn fuq is-sur f’Bieb il-Belt.

Il-Pulizija kkonfermat dan ma’ ONE News wara li ġew identifikati erba’ persuni li dakinhar kienu qegħdin fid-daħla tal-Belt Valletta jgħaddu kummenti insensittivi fil-konfront tal-persuna li kienet f’xifer is-sur.

Il-Pulizija mistennija tressaqhom il-Qorti wara li dawn ġew interrogati.

Dakinhar tal-każ kienu bosta ir-reazzjonijiet dwar dak li ġara, b’ħafna jisħqu għal aktar edukazzjoni dwar is-saħħa mentali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com