‘Open Day’ Bħala parti Mis-16 -Il Ġurnata Ta’ Attiviżmu Kontra L-Vjolenza Domestika

 ‘Open Day’ Bħala parti Mis-16 -Il Ġurnata Ta’ Attiviżmu Kontra L-Vjolenza Domestika

Bħala parti mill-kampanja ta’ sittax-il ġurnata ta’ għarfien u kuxjenza dwar il-vjolenza domestika, il-Korp tal-Pulizija qiegħed jorganizza ‘open day’ għall-familji, fil-Kumpless tar-Rapid Intervention Unit/Special Intervention Unit, f’Ta’ Kandja.

Se jkun hemm diversi attivitajiet għat-tfal, fosthom abseiling, simulazzjoni tal-SIU u wirjiet mis-Sezzjoni tal-Klieb, tal-Kavallerija u sezzjonijiet oħra tal-Korp tal-Pulizija.

Il-membri tal-Istampa huma mistiedna biex jattendu għal din l-attività bejn id-disgħa ta’ filgħodu u n-nofsiegħa ta’ waranofsinhar.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com