Raġel Ta’ 27 Sena Sofra Ġrieħi Gravi Wara Li Ħabat Bil-Karozza F’Siġra
Raġel ta’ 27 sena sofra ġrieħi gravi wara li ħabat bil-karozza f’siġra.
L-aċċident seħħ aktar kmieni illum, għal xi siegħa u nofs ta’ filgħodu, fi Triq Nazzjonali, il-Furjana.
Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel ta’ 27 sena residenti Ħal Luqa, tilef il-kontroll tal-vettura Daihatsu Sirion li kien qiegħed isuq u kellu mpatt ma’ siġra.
Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.