Raġel Bi Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajjar Bir-Rota Fil-Marsa-Ħamrun Bypass
Ċiklist mill-Gambja ta’ 32 sena li joqgħod is-Swieqi, weġġa’ gravi wara li kien involut f’aċċident tat-traffiku.
L-aċċident seħħ ilbieraħ għal xi s-7:00pm, fil-Marsa-Ħamrun Bypass.
Mill-investigazzjoni rriżulta li r-raġel kien qed isuq ir-rota meta ntlaqat minn vettura, tat-tip Mazda Demio, kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Aktar tard, iċ-ċiklist ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.