L-Assoċjazzjoni Tal-Importaturi Tal-Karozzi Tiċċara Li M’Għanda L-Ebda Membru Li Huwa Msemmi F’Xi Atti Kriminali
Il-Malta Car Importers Association tagħmel referenza għal numru ta’ rapporti li saru fil-midja dwar individwi li allegatament, huma involuti f’atti kriminali u li rreferu għalihom innifishom bħala ‘Car Dealers’.
Fi stqarrija l-Malta Car Importers Association iddikjarat li m’għandha l-ebda rabta mal-individwi jew l-entitajiet li ġew imsemmija f’dawn ir-rapporti. L-individwi msemmija qatt ma kienu, u mhumiex preżentement membri fl-Assoċjazzjoni.
Huwa propju għal dan l-għan li l-Malta Car Importers Association timplimenta u żżomm standards għoljin sabiex b’hekk tassigura li l-membri tagħha m’għandhom l-ebda involviment f’atti kontra l-liġi.
L-MCIA qalet ukoll li fiż-żmien li ġej, ser tkun qed tintroduċi proċessi ġodda ta’ Due Diligence u Quality Control sabiex taċċerta li l-membri tagħha huma individwi jew entitajiet ta’ kondotta tajba u li mhumiex involuti f’atti ta’ kriminalità. Dan ser ikun applikabbli għall-membri preżenti kif ukoll għall-membri prospettivi ta’ din l-Assoċjazzjoni.