S’Issa 30% Tal-Popolazzjoni Maltija Ħadet Il-Booster Kontra L-Covid-19
F’Malta s’issa 30% tal-popolazzjoni adulta ħadet il-booster kontra l-Covid-19.
Dan ntqal mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci waqt intervista fuq il-programm ‘Ask Charmaine’ fuq il-mezzi soċjali ta’ Times of Malta.
Hija kkonfermat ukoll li s’issa Malta ma rreġistrat l-ebda każ tal-varjant Omicron.
Gauci qalet ukoll li fil-jiem li ġejjien il-ġenituri ta’ tfal li għandhom bejn 5 u 11-il sena ħa jibdew jirċievu l-appuntamenti hekk kif it-tilqim se jkun qed jibda fil-ġranet li ġejjien.