“Il-Vaċċin Kontra L-Covid-19 Għandu Jaħdem Kontra L-Omicron Ukoll” – WHO

 “Il-Vaċċin Kontra L-Covid-19 Għandu Jaħdem Kontra L-Omicron Ukoll” – WHO

Uffiċjali għoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qal li l-vaċċini li qed jingħataw bħalissa għandhom jipproteġu mill-varjant tal-Omicron.

Skont id-Direttur tal-Emerġenzi tal-WHO Dr. Mike Ryan meta kien mistoqsi dwar dan qal li l-vaċċini huma b’saħħithom kontra kull varjant inkluż l-Omicron. Qal ukoll li dan il-varjant mhuwiex aktar potenti mill-varjant tad-Delta.

Dr. Ryan qal dan wara li xjentisti mill-Afrika t’Isfel qalu li l-vaċċin tal-Pfizer huwa daqs erbgħin darba inqas b’saħħtu kontra l-Omicron.

Huwa żied li s’issa ma jidhirx li l-Omicron jagħmel lin-nies iktar morda mill-varjanti l-oħra.

Fil-jiem li ġejjin, mistenni li joħorġu riżultati relatati mal-istudji li qegħdin isiru fuq il-vaċċini li għadna bħalissa, b’hekk ikun jista’ jiġi konfermat biċ-ċertezza jekk il-vaċċini li ħadna għandhomx il-protezzjoni kontra l-Omicron.

Ritratt: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com