Diskussi L-Proposti Tal-Pakkett FitFor55 Relatati Mat-Trasport

 Diskussi L-Proposti Tal-Pakkett FitFor55 Relatati Mat-Trasport

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali ian Borg attenda l-Kunsill tal-Ministri għat-Trasport fi Brussell biex jiddiskuti l-proposti tal-Pakkett FitFor55 relatati mat-trasport. Dawn jikkonsistu fi proposti relatati mal-użu regolatorju ta’ fuels sostenibbli fl-avjazzjoni, użu regolatorju ta’ fuels rinnovabbli u b’karbonju baxx fit-trasport marittimu u użu regolatorju ta’ infrastruttura ta’ fuels alternattivi.

Waqt dawn id-diskussjonijiet il-Ministru tenna li l-ambizzjonijiet kollettivi tal-UE dwar dawn il-proposti jridu jaqbdu u jżommu l-pass meħtieġ, filwaqt li jibqgħu msejsa wkoll fir-realtajiet tal-Istati Membri differenti. Huwa stqarr li hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiżguraw li ħadd ma jitħalla lura filwaqt li jissalvagwardjaw ukoll il-kompetittività ta’ setturi importanti li huma ta’ natura globali; speċjalment is-setturi tat-tbaħħir u l-avjazzjoni. Il-Ministru Ian Borg enfasizza li dan huwa partikolarment importanti għall-Istati Membri li huma gżejjer bħal Malta li jinsabu fil-periferija tal-UE u li huma qrib ħafna ta’ pajjiżi terzi b’ambizzjonijiet li jistgħu ma jkunux daqs il-miri Ewropej.

Il-Ministru Borg illum enfasizza li l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li timxi ’l quddiem kemm b’mod ambizzjuż kif ukoll b’mod sensibbli fuq dawn il-‘files’ filwaqt li wkoll iżżomm għajnejha fuq l-interlinks bejn il-‘files’ kollha tal-FitFor55 biex tiżgura li l-kwistjonijiet tagħna ta’ konnettività u periferalità jiġu indirizzati bir-reqqa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com