Bil-Filmat: “Għax Nuża L-Kelma Milied, Noffendik? Imma Sorry Ta…Il-Problema Mhux Tiegħi, Tiegħek” – Peppi Azzopardi

 Bil-Filmat: “Għax Nuża L-Kelma Milied, Noffendik? Imma Sorry Ta…Il-Problema Mhux Tiegħi, Tiegħek” – Peppi Azzopardi

Fil-jiem li għaddew fl-aħbarijiet ġie żvelat dokument li kien għadu mhux ppublikat u li b’dak li ħareġ mill-kontenut tiegħu qajjem polemika kbira hekk kif fih hemm miktub linji gwida kif eluf ta’ ħaddiema fl-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jikkomunikaw.

L-aktar ħaġa li qajmet kontroversja kienet li l-kelma Milied ma kellix tintuża, iżda tibda tintuża vaganza.

“Dan id-dokument ma fihx affarijiet polemikużi biss, fih affarijiet interessanti wkoll…Imma fuq din. Fuq din le.” Hekk saħaq Peppi Azzopardi fi vlogg li għamel illum fuq il-mezzi soċjali tiegħu fejn beda biex irrikonoxxa x-xogħol li għamlet Helena Dalli f’Malta għall-komunità LGBTIQ fost oħrajn, “però fuq din il-kwistjoni le,” sostna Azzopardi fil-vlogg tiegħu.

“Għaliex dan jismu: Union of Equality, ugwaljanza jiġifieri, u jiena ngħid…imma jiġifieri sorry ta…għax jiena nuża l-kelma Milied, noffendik? U jekk inti toffendi ruħek, imma sorry ta…il-problema mhux tiegħi, tiegħek. Għax allura se nibdew naqtgħu kollox,” tenna Peppi Azzopardi.

Huwa kompla jsostni l-ħsieb tiegħu dwar dan fejn qal li “l-problema hi, li din mhux ugwaljanza. L-ugwaljanza titlob, illi aħna mhux inkunu kollha l-istess…ma nistgħux ngħidu Milied, ħalli nkunu uniformi. Ma tarax!!! L-ugwaljanza tfisser, li nkunu ndaqs u naqsmu dak li nemmnu ma’ xulxin.”

Peppi Azzopardi jirrakkonta kif hu fil-Milied jistieden ħbieb tiegħu li huma Musulmani biex jieklu flimkien u l-istess jagħmlu l-Musulmani miegħu meta jiċċelebraw tmiem ir-ramadan.

“Din m’għandha x’taqsam xejn mal-Musulmani. Il-Musulmani ma jridu jneħħulna xejn, mhux vera. Dawn Maltin u Ewropej li qed jagħmlu din il-biċċa xogħol,” kompla jisħaq Peppi Azzopardi filwaqt li kompla jitkellem u jgħid li dan huwa insult għal min jemmen f’Alla u f’reliġjon li l-Milied huwa vaganza.

“…Sallbuh għaddewh mill-ikbar sofferenza illi qatt jista’ jkun hemm…U aħna, hekk inħarsu lejn il-Milied. U għalhekk se nibqgħu ngħidulu Milied…Il-Milied it-tajjeb,” temm jgħid Peppi Azzopardi fil-vlogg tiegħu.

Ara l-filmat kollu: 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com