Raġel Ta’ 58 Sena Bi Ġrieħi Gravi Wara Li Waqa’ Minn Sellum F’Pembroke
Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ minn sellum, f’Pembroke.
L-aċċident seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:30am, f’residenza fi Triq Fra Ġużeppe, Pembroke.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 58 sena residenti Pembroke waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed fuq sellum.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.