Raġel Jinżamm Arrestat Wara Li Allegatament Sawwat Lis-Sieħba Tiegħu B’Lasta Ta’ Xkupa

 Raġel Jinżamm Arrestat Wara Li Allegatament Sawwat Lis-Sieħba Tiegħu B’Lasta Ta’ Xkupa

Raġel ta’ 39 sena li jgħix iż-Żejtun inżamm arrestat wara li kien mixli li sawwat lis-sieħba tiegħu b’lasta ta’ xkupa. Huwa kien mixli wkoll li żamm lill-mara kontra r-rieda tagħha, li weġġagħha ħafif, li heddidha, li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest u li kiser sentenza tal-Qorti.

Nadim Mharam Abdul Gader Mharam kien akkużat quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li wettaq dawn ir-reati fi tmiem il-ġimgħa li għadda.

L-Ispettur Audrey Micallef qalet li r-raġel diġà kellu każijiet fil-passat dwar vjolenza domestika. Hija qalet ukoll li l-koppja ilha f’relazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn iżda dan l-aħħar kien rapportat li qed isir aktar vjolenti fil-konfront tas-sieħba tiegħu.

L-Avukat Simon Micallef Stafrace, difensur ta’ Mharam, sostna li jum qabel l-inċident il-koppja marret tixtri flimkien.

L-akkużat wieġeb mhux ħati madankollu l-Maġistrat Galea Sciberras ċaħditlu t-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com