Il-Ministru Justyne Caruana Tinstab Ħatja Ta’ Ksur Ta’ Etika Mill-Kummissarju Tal-Istandards
Il-Kummissarju għall-Istandards George Hzler sab lill-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana ħatja li kisret il-kodiċi tal-etika. Dan wara li kkonkluda l-investigazzjoni tiegħu dwar il-kuntratt mogħti lil Daniel Bogdanovic ta’ €5,000 fix-xahar għal tliet xhur.
Il-Kummissarju tal-Istandards Goerge Hyzler għadu kif għadda kopja ta’ dan ir-rapport lill-Ispeaker Anġlu Farrugia, kif ukoll issottometta r-rapport tiegħu lill-Kumitat Permanenti tal-Kamra tad-Deputati dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Din l-investigazzjoni dwar il-Ministru Justyne Caruana u Daniel Bogdanovic li huwa eks futboler internazzjonali bdiet wara li Prof. Arnold Cassola f’Marzu li għadda talab lill-Kummissarju għall-Istandards biex jagħmel dan.
Issa l-Ispeaker irid jiddeċiedi jekk dan ir-rapport jiġix ippubblikat jew le.
Fi stqarrija li ħarġet mill-Partit Nazzjonalista f’reazzjoni għal din l-aħbar ntqal li qed jappella biex ir-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards jiġi ppubblikat immedjatament.
“Jekk tinstab li kisret l-etika, Justyne Caruana għandha minnufih tirriżenja jew tiġi mġiegħla tirriżenja minn Robert Abela, li ttollera nuqqasijiet fl-istandards għal żmien twil wisq,” saħaq il-PN.
“Bħala Ministru tal-Edukazzjoni, Caruana għandha tkun qed tmexxi bl-eżempju u ma tagħtix kuntratti ta’ €5,000 fix-xahar lil sieħeb tagħha,” temmjgħid il-PN.