“L-Arja Ħażina Li Narmu Qed Nerġgħu Nibilgħuha Lura Ħabba L-Maskra” – Ragnar

 “L-Arja Ħażina Li Narmu Qed Nerġgħu Nibilgħuha Lura Ħabba L-Maskra” – Ragnar

Ragnar Ciantar li jwassal il-podcast tiegħu u li sar wiċċ familjari magħkom, qasam il-ħsieb tiegħu dwar l-ilbies tal-maskri.

Semma kif jemmen li wasal iż-żmien li nitgħallmu li dan il-virus se jdum magħna u li nimponu l-maskri u nweħħlu l-multi lin-nies, mhux daqstant ideali.

Spjega kif għandna ngħarfu iżjed kif nieħdu ħsieb tagħna nfusna u li jekk ma nifilħux, noqogħdu ġewwa.

“Il-ħajja trid tkompli, ix-xogħol irid jibqa’ jsir, l-ekonomija trid tkompli tiġġenera. Pajjiż bħal tagħna ma jiflaħx li jerġa’ jieqaf jiffunzjona. Is-soċjetà werwirtuwa”, kiteb Ragnar.

Qal li timxi barra bil-maskra meta m’hemmx nies fil-madwar hija deċiżjoni bla bażi. “Apparti minn hekk qed ninsew ngħidu li aħna ġisimna jaħdem b’sistema li jieħu l-arja t-tajba u jarmi l-arja l-ħażina. L-arja ħażina li suppost minn ġisimna qed noħorġu ‘l barra, qed nerġgħu nibilgħuha lura bil-maskra.”

intom x’taħsbu dwar dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com