Aġġornat: Il-Liġi Tal-Kannabis Approvata Mill-Parlament Malti

 Aġġornat: Il-Liġi Tal-Kannabis Approvata Mill-Parlament Malti

Ftit tal-ħin ilu l-Parlament Malti uffiċjalment approva l-liġi dwar l-użu tal-kannabis b’36 vot favur u 27 kontra. B’dan il-vot pajjiżna sar l-ewwel pajjiż Ewropej li jillegalizza l-użu rekreattiv tal-kannabis.

Issa jonqos il-President ta’ Malta li jiffirma dan l-abbozz biex isir liġi wara li għadda b’maġġoranza ta’ 9 voti.

Il-Membri Parlamentari Nazzjonalista vvutaw kollha kontra dan l-abbozz.

B’din il-liġi l-ġdid persuna adulta ħa tkun tista’ iżżomm sa 7 grammi ta’ kannabis fuqha mingħajr ir-riskju li tispiċċa arrestata, sakemm ma jkunx hemm suspetti serji li l-persuna qed tittraffika d-droga.

Min jinqabad bejn 7 grammi u 28 gramma ta’ kannabis fuqu ħa jkun qed jidher quddiem Tribunal. Jekk jinstab ħati jista’ jeħel bejn €50 u €100 multa.

L-ebda persuna ma tista’ tpejjep fil-pubbliku. Postijiet pubbliċi jinkludu postijiet u spazji miftuħa li għandu aċċess għalihom il-pubbliku kemm bi ħlas u anke b’xejn. Jekk tinqabad tpejjep fil-pubbliku teħel multa ta’ €235.

Tpejjep quddiem persuni taħt it-18-il sena huwa llegali ukoll. Jekk tinqabad tagħmel dan tista’ teħel multa ta’ bejn €300 u €500.

Din il-liġi tippermettilek li tkabbar 4 pjanti tal-kannabis fid-dar tiegħek, u li ma jkunx fihom aktar minn 50 gramma.

Permezz ta’ din il-liġi ħa jkunu permissibbli wkoll klabbs tal-kannabis. Xogħolhom huwa li jkabbru l-kannabis b’mod professjonali u liċenzjat sabiex finalment tkun imqassma.

Dawn il-klabbs ħa jkunu jistgħu jbiegħu sa 7 grammi kannabis f’ġurnata lil kull membru tagħha. Però kull membru ma jistax jixtri aktar minn 50 gramma ta’ kannabis f’xahar.

Kull klabb jista’ jkollu sa 500 membru u ma’ jista’ jagħmel l-ebda forma ta’ reklam biex ibiegħ is-servizzi tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com