Waterpolo: Finali Bejn Il-Ġirien – San Ġiljan Kontra Neptunes
It-tim ta’ Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7 fit-tieni logħba tal-‘playoffs’. Kif mistenni kienet logħba pjuttost kumbattuta b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, bit-team ta’ Afric jirrispondi fit-tieni sessjoni meta rebħuha 2-1, bir-riżultat sa tmiem it-tieni sessjoni jagħlaq 4-3.
Mit-tielet sessjoni l’ hemm Neptunes ma ħarsux lura u reġgħu kienu l-aħjar tant li żiedu l-vantaġġ għal 3 gowls bir- raba u l-aħħar sessjoni tintebaħ 3-2 għal skor finali ta’ 11-7.
Din ir-rebħa tara lil Neptunes jerġgħu jiltaqgħu fil-finali mal-ġirien San Ġiljan. Bla dubju għal Sliema din it-telfa issarraf mhux biss f’riżultat ħażin imma wkoll kampjonat diżappuntanti.
Ritratt: Wally Galea
Fit-tieni semifinali tal-play-offs San Ġiljan kienu kif mistenni, aħjar mill-avversarji Sirens fejn għat-tieni darba kellhom logħba faċli tant li ħarġu rebbieħa 15-7. San Ġiljan ma tawx ċans lill-avversarji tant li ma fallewx sessjoni waħda bis-sessjonijiet jintemmu 5-2, 3-1, 4-1, 3-2.
Għal San Ġiljan, jerġa’ jikkonferma il-qawwa tiegħu Dino Zammit li sab ix-xibka 5 darbiet bil-Captian Ġiljaniż Matthew Zammit isib ix-xibka 4 darbiet. Min-naha tagħhom għal Sirens, l-aqwa skorer kien Matthew Sciberras li skorja 3.