Tfajla Sofriet Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajret Minn Karozza Fil-Mellieħa
Tfajla ta’ 27 sena weġġgħet gravi wara li ttajret minn karozza.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għal ħabta tas-7:30pm, fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li mara ta’ 27 sena, weġġgħet wara li ntlaqtet minn vettura Peugeot 107 misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku, li ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.