Tifla Ssofri Ġrieħi Gravi F’Inċident Tat-Traffiku

 Tifla Ssofri Ġrieħi Gravi F’Inċident Tat-Traffiku

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-disgħa, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tattraffiku fi Triq ir-Rnella, Kalkara.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li seħħ inċident bejn Toyota Corsa misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Kalkara u Volkswagen Polo misjuqa minn mara ta’ 22 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Fil-karozza mal-mara, kien hemm riekba mara oħra ta’ 21 sena residenti Ħaż-Żabbar u żewġt itfal ta’ 3 u 4 snin. Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u minn membri midDipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktar tard it-tifla ta’ 3 snin li ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com