Jidher Li Se Tkun Ħarifa Tajba Għall-Bdiewa… Diversi Maltempati Bir-ragħad…

 Jidher Li Se Tkun Ħarifa Tajba Għall-Bdiewa… Diversi Maltempati Bir-ragħad…

F’Settembru jibda l-istaġun tax-xita, u din is-sena xejn anqas. F’Settembru 2020 rajna l-ewwel xita wara diversi xhur ta’ nixfa. Infatti biżżejjed ngħidu li Settembru 2020 kien l-aktar wieħed imxarrab s’issa, mill-2003 ‘l hawn, b’medja ta’ 99.8mm jew qrib l-4 pulzieri! Din il-figura tfisser ukoll li l-medja ta’ xita għal dan ix-xahar inqabżet b’aktar mid-doppju!

Is-sajf kien imwaħħar peress li s-sħana bdiet tard. Ix-xahar preċedenti t’Awwissu 2020 kien wieħed sħun u umdu ħafna u mingħajr qatra xita! Dan wassal biex il-baħar madwarna saħan iktar mis-soltu u meta jiġri hekk il-maltempati jkollhom potenzjal li jkunu aktar qliel, kif fil-fatt kellna kemm fl-2003 u anke din is-sena.

F’Settembru wkoll tibda l-ħarifa. Din is-sena l-ħarifa astronomika ser tibda nhar it-Tlieta 22 ta’ Settembru. Dakinhar il-lejl u n-nhar ikunu preċiżament indaqs madwar id-dinja kollha. Il-lejl dejjem qed jitwal u n-nhar jiqsar.

Kollox ma’ kollox tidher li ser tkun ħarifa tajba għall-bdiewa u fiha qed nistennew diversi maltempati bir-ragħad, kif ukoll temp aktar frisk lejn l-aħħar ġimgħa ta’ Settembru.

Ritratt: Redeemer Saliba

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com